Jiżdied il-qgħad b’750

Matul ix-xahar ta’ Settembru, l-ammont ta’ persuni li ma jaħdmux ammonta għal 7,619, żieda ta’ 750 fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, kien hemm żieda ta’ 851 persuni li jirreġistraw, li jindika żieda ta’ 13.6%.

Il-qgħad f’Malta żdied bi 11% b’total ta’ 6,866. Filwaqt li f’Għawdex, il-qgħad żdied b’10% biex b’hekk l-ammont issa jilħaq 753.

In-numru ta’ dawk li għandhom 45 sena jew aktar u jirreġistraw għax-xogħol żdied b’10%, biex in-numru issa jilħaq it-3,123.