Jiżdied il-prezz għax-xiri tad-djar fl-Ewropa

Il-prezzijiet tad-djar fl-Ewropa din is-sena żdied b’4.5% meta kkumparat mas-sena ta’ qabel. L-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea qal li minn April sa Ġunju, l-prezzijiet żdiedu b’4.7% meta mqabbel ma’ Jannar sa Marzu, ta’ din is-sena.

Fost il-membri Ewropej, il-Latvija kellha l-ogħla żieda fil-prezzijiet tad-djar meta mqabbla mas-sena l-oħra.

Malta kellha tnaqqis fil-prezz bejn April u Ġunju meta mqabbel mal-prezz tad-djar tal-ewwel xhur ta’ din is-sena.