Jiżdied il-ħut maqbud fis-sajf

Matul is-sajf li għadda, is-sajjieda Maltin qabdu iktar ħut mis-sajf ta’ qabel u l-valur tal-bejgħ żdied ukoll.
Skont l-NSO, waqt li bejn Lulju u Settembru s-sajjieda Maltin qabdu b’35% iktar ta’ ħut mis-sajf ta’ qabel, irnexxielhom idaħħlu b’25% iktar mill-bejgħ.
Iż-żieda fil-ħut maqbud kienet kemm għas-sajjieda Maltin u għall-Għawdxin, u kważi f’kull kategorija ta’ ħut ħlief għall-gambli.
L-ikbar żieda perċentwali kienet għat-tonn, għalkemm l-ikbar żieda fil-piż ta’ ħut maqbud kienet għall-pixxispad, b’100 tunnellata iktar dan is-sajf. Anke l-lampuki ra żieda, ta’ 21 tunnellata.
Skont l-NSO, il-bejgħ tal-ħut fisser dħul ta’ €2.2 miljun għas-sajjieda Maltin, li fisser żieda ta’ 30% fuq is-sajf ta’ qabel, imma ta’ tnaqqis ta’ 6% għas-sajjieda Għawdxin, għall-bejgħ totali ta’ €280,000.