Jiżdied il-bejgħ tal-industrija

Il-bejgħ mill-industrija, fl-ewwel tliet xhur tas-sena, żdied b’0.5% meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2014.
Meta t-tqabbil isir skont il-ġranet tax-xogħol, it-turnover industrijali żdied b’1.8%.
Skont l-NSO, l-impjiegi fl-industrija madankollu naqsu b’1.6% fl-istess żmien fuq bażi ta’ sena, l-iktar minħabba inqas ħaddiema fis-settur tal-enerġija, waqt li l-paga gross naqset bi 0.4%.