Jiżdied id-dħul tal-Gvern fl-ewwel tmien xhur tas-sena

Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, id-differenza bejn id-dħul rikkorenti u n-nefqa tal-Gvern niżlet għal €196.9 milljun, mill-€267.6 milljun fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Iż-żieda ta’ €132.9 milljun fid-dħul rikkorenti tal-Gvern ġiet l-iktar mit-taxxa tad-dħul u tas-sigurtà soċjali.

Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena d-dħul rikkorenti tal-Gvern ammonta għal €1,873.8 milljun, b’żieda ta’ 7.8% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Intant in-nefqa totali tal-Gvern ammontat għal €2,034.7 milljun, żieda ta’ 3.2% fuq l-istess xhur tas-sena li għaddiet.