Jiżdied id-defiċit tal-Gvern

Fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Ġunju tal-2014, id-defiċit tal-Gvern kien jammonta għal €265.2 miljuni.
Matul l-ewwel sitt xhur, id-dħul rikorrenti esperjenza żieda ta’ €106.8 miljun filwaqt li l-infieq, meta kkumparat mas-sena li għaddiet, żdied għal €130.9 miljun.
Bejn Jannar u Lulju tal-2014, id-dħul kien jammonta għal €1,414 miljun, żieda ta’ 8.2% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
L-infieq tal-Gvern żdied b’€118 miljun, l-aktar minħabba żieda fil-programmi u inizjattivi.