Jiżbroffa vulkan fil-Gwatemala; 25 mejta

25 persuna nqatlu, filwaqt li mijiet oħra ndarbu wara li żbroffa l-vulkan Fuego fil-Gwatemala.
Il-vulkan li jinsab madwar 40 kilometru lbiċ mill-belt kapitali tal-Gwatemala kien ilu għal xi żmien itajjar ġebel, dħaħen suwed u rmied fl-arja.
L-Aġenzija Nazzjonali għall-Immaniġġjar tad-Diżastri qalet li xmara ta’ lava laqtet il-villaġġ ta’ El Rodeo u ħasdet bosta djar u l-persuni li kienu fihom.
L-ajruport kellu jingħalaq kawża tal-irmied fl-arja.
Ritratti: Reuters u PNC Guatemala