Jiżbroffa d-drenaġġ, tmurx tgħum

Wikipedia

Żbroff tad-drenaġġ f’zona f’San Ġiljan wassal biex id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ avviż lill-pubbliku li fih irrakkomanda biex ma jsirx għawm fiz-zona.

Fi stqarrija l-Erbgħa filgħaxija d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika avża li dan minħabba li hemm żbroff tad-drenaġġ fiż-żona f’San Ġiljan faċċata ta’ Triq Wilġa.

Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali sostna li l-pubbliku jista’ jagħmel kuntatt mas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa permezz tat-telefown fuq 2133 7333 bejn is-7 ta’ filgħodu sat-3.00 ta’ wara nofsinhar jew inkella permezz ta’ imejl fuq mhi@gov.mt.