Jiżbroffa d-drenaġġ fix-Xemxija; m’hemmx għawm

Żbroffa d-drenaġġ fis-slipway ħdejn il-boathouses tax-Xemxija.
Id- Direttorat għas‐Saħħa Ambjentali fi ħdan is‐Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika qed javża sabiex ma jsirx għawm f’dawn l-akkwati, sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Għal aktar informazzjoni dwar il‐kwalità tal‐ilma baħar għall‐għawm, il‐pubbliku jista’ jċempel lis‐Servizzi tal‐Ispettorat tas‐Saħħa fuq 2133 7333 mit‐8am sas‐2.30pm, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt
Ritratt: Arkivji