Jiżba’ avviż mal-bankina biex in-nies ma jiqfux quddiem biebu

Ian Spiteri / Facebook

Resident f’Ħal Balzan żeba’ mal-bankina avviż biex in-nies ma jiqfux quddiem biebu, peress li jrid jevita kuntatt ma’ nies minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Dan tħabbar mis-Sindku ta’ Ħal Balzan Ian Spiteri li spjega li dalgħodu daħlu xi lmenti mingħand residenti għax ħasbu li dan l-att vandalu sar mill-Kunsill Lokali.

Fuq Facebook huwa kkjarifika li r-resident kien “ħa l-liġi f’idejh.” Il-Kunsill ma kellux għażla ħlief li jinforma lill-pulizija, u r-resident ma ħax pjaċir b’dan u kellu kliem iebes għas-Sindku u l-Viċi Sindku.

Is-Sindku Spiteri avża li l-Kunsill ma huwa se jittollera dan l-aġir mingħand ħadd.

Dalghodu dahlu ilmenti minghand xi residenti ghax hasbu li din il-pastazata ta' zebgha u att vandalu kien xoghol…

Posted by Ian Spiteri on Wednesday, May 13, 2020

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan ħa l-inizjattiva biex jiżba’ sinjali mal-bankina ta’ żewġ metri barra l-ħwienet, sabiex jaċċerta ruħu li r-residenti jsegwu r-regoli ta’ tbegħid soċjali sabiex jiġi evitat it-tifrix tal-coronavirus.

🇬🇧 The COVID-19 pandemic is far from over and we must all strive to follow the directives of the national health…

Posted by Ħal Balzan Local Council on Tuesday, May 12, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn