Jixxandar episodju bi żball ta’ Game of Thrones

HBO Spain bi żball xandar Game of Thrones season 7 episodju 6 erbat’ijiem qabel.
Il-filmat dam aċċessibbli siegħa sħiħa qabel ma tneħħa. Madankollu f’din is-siegħa l-filmat laħaq dar id-dinja u tniżżel minn bosta nies.
Qabel ma tneħħa l-filmat diversi nies laħqu xandruh fuq Instagram, You Tube u Twitch u anke fuq siti ta’ torrent.
Dan ma kienx każ iżolat hekk kif l-HBO kien diġà xandar xi episodji bi żball.