Jixtri mutur tal-baħar miż-Żejtun u ma jaħdimlux

Raġel li xtara mutur tal-baħar minn ħanut fiż-Żejtun spiċċa quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi wara li s-sid tan-negozju ma riedx jikoopera meta dan il-mutur ma bediex jaħdem minkejja li kien għadu ġdid.

Id-Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumaturi ħareġ avviż pubbliku li bih identifika u avża lill-pubbliku li Draz’s Dinghy Boatd, Jetskis and Scooters ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.

Ġie spjegat li minkejja li l-mutur saritlu xi tiswija, xorta baqa’ ma jaħdimx. It-Tribunal innota li għalkemm in-negozju ġie mgħarraf bl-avviż tat-talba u bid-data u l-ħin tas-smigħ, ma deherx għas-seduta. Dan in-nuqqas fisser li mhux qed jikkontesta t-talba.

It-Tribunal imbagħad sema’ lir-rikorrent u emmen il-verżjoni tiegħu. Dan wassal sabie xin-negozju jiġi orbat iħallas is-somma ta’ €850, li huwa l-prezz tal-prodott, lura lill-konsumatur. Wara l-ħlas, il-mutur tal-baħar jerġa’ jsir propjetà tal-istabbiliment.