Jixtiequ l-istess relazzjoni mal-kummissarju l-ġdid

Il-GWU u l-Police Officers’ Union esprimew it-tama li r-relazzjoni tajba ta’ xogħol li nbniet mal-kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar u l-bqija tal-Korp tibqa’ intatta.
Fi stqarrija, l-unjins irringrazzjaw lill-eks kummissarju tal-Pulizija għax-xogħol siewi li wettaq f’din il-pożizzjoni, b’mod speċjali  għas-sehem li kellu fl-implimentazzjoni tal-liġi li membri tal-Korp ikollhom kull dritt jissieħbu f’unjin tal-għażla tagħhom.
Sadanittant iż-żewġ unjins ferħu w awguraw lill-Assistent Kummissarju Lawrence Cutajar għall-ħatra tiegħu bħala Aġent Kummissarju tal-Pulizija.