Jixtiequ jixtru apparat għat-tfal fl-isptar

L-organizzazzjoni ‘Qalb it-Tfal’ qed tiġbor fondi biex jinxtara apparat magħruf bħala Cool Cap u jingħata bħala donazzjoni lill-NPICU fl-Isptar Mater Dei.

Dan l-apparat għandu jkun ta’ benefiċċju kbir għal għadd ta’ trabi li jitwieldu b’diffikultajiet li jwasslu għal nuqqas ta’ ossiġnu fiċ-ċirkolazzjoni u jikkawża ħsara permanenti fil-moħħ.

Għanijiet oħra ta’ ‘Qalb it-Tfal’ huwa li tgħin lis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.

Dan billi twassal il-messaġġ li numru ta’ tfal rikoverati fl-NPICU jiġu bżonn it-trasfużjonijiet tad-demm ukoll, li jistgħu jsiru biss jekk il-pubbliku jagħti d-demm b’mod regolari.

Għada filgħaxija f’Birżebbuġa se ssir l-attività Sound of Innocence biex jinġabru fondi għal dan il-għan.

Wieħed jista’ wkoll jagħti d-donazzjoni fuq: 40021697203 (BOV)