Jixrob f’titjira lejn Malta; immultat €1,500

Dean Robert turist Ingliż ta’ 31 sena kien arrestat mal-wasla tiegħu f’Malta minħabba li xorob waqt it-titjira tiegħu lejn Malta.

Robert tressaq il-Qorti ġurnata biss wara li wasal, fejn instab ħati u ġie mmultat €1,500 wara li impedixxa membri tal-ekwipaġġ milli jaqdu d-doveri tagħhom.

Robert ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ammetta li huwa ħati li bl-imġieba tiegħu ipperikola l-ajruplan u intervjena fit-twettiq tad-doveri tal-ekwipaġġ waqt li kien qed jaġixxi b’mod abbużiv.

Huwa kien akkużat ukoll li kien fis-sakra abbord l-ajruplan, li kiser il-paċi pubblika kif ukoll li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-akkużat skuża ruħu għal dak li għamel.