Read in English.
L-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia llum kompliet bix-xhieda tal-Ispettur Kurt Zahra, li flimkien mal-Ispettur Keith Arnaud qed imexxi l-investigazzjoni fuq l-assassinju. Xehdet ukoll Fiona Formosa li kienet is-Segretarja Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
L-inkjesta għandha l-għan li tiddetermina jekk l-Istat għamilx dak kollu li seta’ biex ipprevjena l-qtil, u biex tara x’kien l-aġir tiegħu wara.
Xi spikka fis-seduta tal-lum?
- L-Ispettur Kurt Zahra qal li hemm rabtiet bejn nies akkużati bil-qtil ta’ Daphne, dawk li għandhom rabta mal-qtil u nies involuti fil-politika fl-informazzjoni li ttieħdet mill-apparat elettroniku li ġabru l-pulizija.
- Semma l-ismijiet tan-nies involuti fil-politika fil-magħluq.
- L-eks Segretarja Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qalet li Andrew Caruana Galizia ma baqax diplomatiku Malti għall-Indja b’ordni tal-Ministru Carmelo Abela xahar wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017.
Mill-qorti minuta b’minuta…
Ix-xhud twieġeb iva.
L-Ispettur jgħid iva.
Il-Pulizija qed tikkollabora mal-Europol.
Fl-aħħar seduta xehed il-Ministru għall-Familja Michael Falzon.
Xi spikka fl-aħħar seduta?
- Mistoqsi fuq il-ħbiberija tiegħu ma’ Joe Gaffarena b’rabta mal-iskandlu tal-pompa tal-petrol li wasslu biex jirriżenja minn Segretarju Parlamentari fl-OPM fl-2016, il-Ministru qal, “M’hawnx negozjant f’Malta li ma nafux għax għamilt kwart ta’ seklu naħdem il-BOV nivvettja l-proġetti.”
- “Irriżenjajt b’deċiżjoni tiegħi u ġarrejt il-konsegwenzi tar-riżenja jien.”
- “Meta ġiet diskussa tal-Electrogas, meta ħarġu tal-Panama Papers, ma kontx membru tal-Kabinett. Ma tajtx opinjoni la fuq naħa u lanqas fuq oħra.”
- 17 Black: “Jekk ngħid il-verità bdejt inħossni ftit skomdu, imma ma kontx mitlub nagħti opinjoni.”
- “Jekk kien hemm kitchen cabinet żgur li ma kontx parti minnu.”
- Sar jaf bl-elezzjoni bikrija dakinhar li ħabbarha Joseph Muscat, fl-1 ta’ Mejju, 2017.
- Il-vot ta’ fiduċja f’Konrad Mizzi f’Novembru tal-2019: “Tajnieh bħala partit. Kont seren nagħti l-fiduċja tiegħi lil Mizzi.”
- Il-Ministru ma kienx jaf li se jirreżenja Joseph Muscat.
Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.