Diferita s-seduta tal-inkjesta fuq il-qtil ta’ Daphne

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Dalgħodu kellha tkompli l-inkjesta pubblika fuq l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, iżda din ġiet diferita.

Ix-xhud tal-lum kellu jkun il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.

L-inkjesta għandha tiddetermina jekk l-istat u l-awtoritajiet setgħux jagħmlu iktar biex il-ġurnalista ma tinqatilx.

Fl-aħħar seduta xehed Kurt Farrugia, is-CEO ta’ Malta Enterprise, li kien il-Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Xi spikka mix-xhieda ta’ Kurt Farrugia?

  • Meta jħares lura jemmen li l-Gvern missu stieden lill-midja Maltija għaż-żjara tad-delegazzjoni tal-Gvern fl-Ażerbajġan fl-2014
  • Meta kkonfronta lil Konrad Mizzi dwar li hu ssemma fuq il-blogg ta’ Daphne dwar il-Panama Papers, Mizzi qal li dan kien “bluff.”
  • Dwar stqarrijiet tal-Gvern fuq dak żvelat fil-Panama Papers, Farrugia jgħid li hu kien jivverifika l-istqarrija mal-eks Ministru Konrad Mizzi u ma’ Keith Schembri. L-istqarrijiet kienu jinkludu l-pożizzjoni tal-Gvern ibbażata fuq dettalji li jipprovdulu.
  • “Kien hemm ġurnalisti li kienu ebsin magħna u aħna konna iebsa magħhom”
  • Fl-2018, il-Gvern uża kumpanija tal-PR barranija, Chelgate, fejn Farrugia ltaqa’ ma’ wħud mar-rappreżentanti tagħha meta kienu jkunu Malta.
  • Corinne Vella tgħid li Kurt Farrugia bblokkja n-numru ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.