Jixhed falz “biex ma joqtluhx”; jeħel 16-il xahar ħabs

Generoso Sammut ta’ 64 sena weħel 16-il xahar ħabs wara li nqabad li xehed falz quddiem l-Imħallef Anthony Ellul f’Ottubru tal-2013 f’każ marbut max-xiri taż-żejt. Meta ffaċċjat bl-akkużi ta’ xhieda falza fil-Qorti, Sammut qal li kien ċaħad li jaf lill-aħwa Fenech għax beża’ li jitlef ħajtu, peress li kien sar attentat ta’ qtil fuq wieħed mill-aħwa Fenech.

Fil-każ hemm involuti miljuni ta’ ewro u Sammut kien ikkundanat għax fix-xhieda tiegħu qal li ma kienx jaf lill-aħwa Michael u Alfred Fenech dan meta f’affidavit f’kawża separata, huwa kien qal li ilu jaf lill-aħwa Fenech 35 sena. Meta kien mistqosi għalfejn għamel dan, Sammut qal li “la ried joħroġ jinten u lanqas ifuħ”.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, ikkonkludiet li Sammut kien ħati ta’ xhieda falza, u li kien ukoll riċediv.