Jixhdu l-paramediċi fl-attakk terroristiku ta’ London Bridge

Il-kbarat li jieħdu ħsieb l-ambulanzi se jkunu qed jiġu mistħarrġa dwar l-għaliex il-paramediċi ħadu sa tliet sigħat biex waslu sa ħdejn il-vittmi tal-attakk terroristiku fuq London Bridge.

Huma mistennija li jixhdu aktar tard illum waqt inkjesta li qed issir dwar dawk li mietu fl-inċident. Waqt is-smigħ tal-każ, diġà kien mgħarraf li tnejn minn dawk maqtula setgħu ġew salvati li kieku kienu mgħejuna fil-pront.

L-attakk sar fit-3 ta’ Ġunju, 2017. Tliet terroristi kienu saqu van fuq in-nies li kienu mixjin fuq London Bridge. Huma saqu sa’ Borough Market fejn attakkaw lil min sabu hemm bis-skieken.