Jivvutaw 16% tat-tesserati fl-ewwel jum tal-votazzjoni bikrija

Dar-Centrali-PN
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista ħabbret li li fl-ewwel jum tal-votazzjoni bikrija tal-elezzjoni għal Kap tal-partit ivvutaw 16% tat-tesserati eleġibbli li jivvutaw.

Ilbieraħ kien l-ewwel jum tal-votazzjoni bikrija. L-elezzjoni nfisha għal Kap, bejn il-kandidati Adrian Delia u Bernard Grech, se ssir fit-3 t’Ottubru, filwaqt li l-votazzjoni bikrija tkompli llum, fit-30 ta’ Settembru u fl-1 u t-2 t’Ottubru.

Sorsi qalu lil Newsbook.com.mt li l-aktar li vvutaw nies ilbieraħ kien f’Ta’ Xbiex, is-Swieqi, ir-Rabat u ż-Żejtun.

Il-Kummissjoni Elettorali lbieraħ ħabbret li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa ta’ 21,499.