Jivvjaġġa b’€25,000 mhux iddikjarati; Il-Qorti tikkonfiskahomlu u ttih multa

Raġel li kellu €35,058 flus kontanti fuqu meta kien se jaqbad titjira fl-ajruport, il-Qorti kkonfiskatlu €25,058 minnhom u tatu wkoll multa.

Ir-raġel ta’ 47 sena mill-Georgia twaqqaf mill-pulizija peress li ma ddikjarax is-somma flus li kellu miegħu, li kienet taqbeż l-ammont permess mil-liġi. Il-liġi tippermetti li persuni jivvjaġġaw b’€10,000 fi flus kontanti, inkella, jekk ikollhom iżjed, iridu jiġu ddikjarati.

Għaldaqstant, huwa ngħata wkoll multa ta’ 25% tal-ammont li kellu, jiġifieri multa ta’ €8,764.50.