Read in English.
Tmien familji bdew is-sena bil-ferħ, peress li laqgħu t-twelid ta’ tarbija propju fl-ewwel jum tas-sena.
Dan it-tagħrif ingħata lil Newsbook.com.mt mill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Celia Falzon, li spjegat li t-trabi li twieldu kienu erba’ bniet u erba’ subien. L-ewwel tarbija ta’ din is-sena kienet tifla li twieldet żewġ minuti wara li daqqu nofsillejl.
Fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ma twieldu l-ebda trabi f’lejlet l-Ewwel tas-Sena jew fil-jum innifsu.
Is-sena li għaddiet twieldu ħamest itrabi fl-ewwel jum tas-sena.
Aktar dettalji
Kemm twieldu trabi fl-ewwel jum tal-2020?