Jitwieldu 10 trabi minn ommijiet taħt is-16-il sena

Bejn Jannar u Diċembru 2019 twieldu 10 trabi minn ommijiet li l-età tagħhom hija inqas minn 16-il sena. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-istatistika għas-sena 2020 għadha qiegħda tiġi proċessata u għalhekk ma jistax jgħid kemm hemm ommijiet li għandhom inqas minn 16-il sena li kellhom tarbija.

Aktar minn 850 tarbija twieldu minn koppji barranin

Matul l-2019, 862 tarbija twieldu lil koppji barranin fejn l-omm u l-missier kienu rapportati li huma ta’ nazzjonalità barranija.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Bartolo staqsa kemm kien hawn trabi li twieldu minn ommijiet taħt 16-il sena bejn Jannar u Mejju 2020 u kemm-il tarbija twieldet minn koppji barranin bejn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari. Il-Ministru spjega li l-istatistika tal-2020 għadha qiegħda tiġi proċessata.