Fl-aħħar ġranet bdew jaslu l-ewwel rigali tal-Milied għat-tfal kollha rikoverati fir-Rainbow Ward. Dan kien possibbli grazzi għall-BOV wara ħidma minn Maxine Aquilina u Angie Amato minn Jays of Sunshine.
Puttinu Cares irringrazzjaw lil Maxine u lil Angie talli kienu ta’ għajnuna għat-tfal kollha rikoverati fix-xhur tal-pandemija.
Jays of Sunshine twaqqfet fl-2018 minn Maxine Aquilina (ta’ Malta’s Got Talent) u Angie Amato wara li huma tilfu lill-ommijiet tagħhom, Jackie u Josette, minħabba fil-kanċer. L-għan ta’ Jays of Sunshine huwa li jwettaq il-ħolm ta’ tfal u adoloxxenti li jkunu rikoverati fir-Rainbow Ward. Dan minbarra l-ħin twil li jqattgħu jilagħbu mal-pazjenti.

Għal aktar informazzjoni jew biex tinvolvi ruħek b’xi mod, tista’ tikkuntattja lil Jays of Sunshine fuq info@jaysofsunshine.com.