Jitwaqqfu 1,800 karozza; ħadd ma kien taħt l-effett tal-alkoħol

Fl-ewwel lejl tas-sena, il-pulizija ma sabu l-ebda persuna li kienet qed issuq vettura taħt l-effett tal-alkoħol.
Waqt il-kontrolli ġew imħarrka u mwaqqfa numru ta’ persuni minħabba li kienu qed jiksru r-regolamenti tat-traffiku fosthom 9 persuni b’sewqan mingħajr liċenzja valida u 15-il persuna mingħajr iċ-ċintorin tas-sigurtà.

Skond stqarrija mill-korp tal-pulizija, il-kontrolli saru f’diversi nħawi fosthom f’Baħar iċ-Ċagħaq, Burmarrad, Santa Luċija, Ħal Għaxaq, l-Isla, Bormla, Ħal Luqa, il-Mosta, in-Naxxar, l-Iklin, Marsascala, is-Salini, Paceville.

Il-pulizija li kienu ġejjin minn diversi sezzjonijiet fosthom mis-sezzjoni tat-traffiku, tal-Administrative Law Enforcement u s-sezzjoni tal-Klieb waqqfu total ta’ 1,832 vettura f’diversi kontrolli stabbiliti madwar Malta.