Jitwaqqaf servizz tat-taxis fiċ-Ċina wara li passiġġiera sfat maqtula

REUTERS/Stringer/File Photo

Il-kumpanija Didi Chuxing fiċ-Ċina waqqfet is-servizzi tagħha ta’ Hitch temporanjament, fejn sewwieqa bil-vetturi personali tagħhom jirreġistraw biex isiru taxis. Dan għaliex skont il-Pulizija, passiġġiera sfrat stuprata u maqtula minn sewwieq rreġistrat ma’ dan is-servizz.

Il-Pulizija skoprew li t-tfajla t’20 sena daħlet fil-karozza fis-7am (CEST) nhar il-Ġimgħa, u bagħtet messaġġ lill-ħabibtha f’xit-8am issaqsiha għall-għajnuna. Is-sewwieq ta’ 27 sena ġie arrestat mill-Pulizija, fejn ammetta li stuprahha u qatilha. Ir-rapport tal-Pulizija qal ukoll li ġisimha nstab u li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-kumpanija saħqet li s-suspettat ma kellux kondotta maħmuġa, u li provda l-karti kollha kif suppost qabel ma beda jaħdem. Didi Chuxing kompliet tistqarr li s-servizz se jitwaqqaf mis-27 t’Awwissu sakemm jevalwaw kollox.