​Jitwaqqaf kumitat għall-għarfien tal-Kostituzzjoni

Twaqqaf il-Kumitat għall-għarfien tal-Kostituzzjoni Maltija bil-għan li jagħmel lill-poplu iktar konxju tal-kontenut tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Fit-tnedija tal-kumitat, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li dan se jgħin biex il-poplu jkun jista’ jagħti kontribut u r-rimarki tiegħu dwar bidliet li jistgħu jseħħu lill-ogħla liġi tal-pajjiż.
Il-kumitat hu magħmul mill-kelliem Franco Debono, u l-membri l-Professur Oliver Friggieri u l-Professur Ray Mangion, ir-Reverendu Professur Saviour Chircop, l-avukati Austin Bencini, Veronique Dalli u Aron Mifsud Bonnici, is-soċjologu Andrew Azzopardi u Trevor Zahra. 
Ritratt: DOI – Clifton Fenech