Jitwaqqaf is-servizz ta’ emerġenza fi tmiem il-ġimgħa fl-isptar St. James

Is-servizz ta’ emerġenza li kien jingħata fi tmiem il-ġimgħa fl-isptar St. James Capua f’Tas-Sliema u Ħaż-Żabbar mhux se jibqa’ jingħata b’effett immedjat.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa hekk kif intqal li dan is-servizz kien imniedi f’Mejju tas-sena li għaddiet, bl-intenzjoni li jtaffi x-xogħol fid-dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. Madanakollu, l-analiżi turi li dan l-impatt ma seħħx filwaqt li l-ammont li kien qed jintefaq mill-Ministeru tas-Saħħa, ma kienx wieħed vijabbli.

Il-Ministeru fakkar li ċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana huma miftuħa l-ħin kollu fi tmiem il-ġimgħa għall-każijiet ta’ emerġenza.