Jitwaqqaf il-Kumitat Soċjetà Ġusta

Tnieda l-Kumitat Soċjetà Ġusta bil-għan li jkun hemm koordinament aħjar fis-servizzi fil-qasam soċjali.
Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qal li dan se jkun kumitat operazzjonali bejn l-aġenziji kollha, kemm tal-Gvern kif ukoll dawk mhux governattivi.
Il-Ministru Farrugia qal illi l-Kumitat Soċjetà Ġusta se jkun qed jaħdem biex wara li jsir eżerċizzju ta’ ristrutturar, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali tibda tiffunzjona bħala awtorità.
Żied jgħid li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Knisja dwar bini li huwa vojt u jista’ jintuża għal skop soċjali.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo