Jitwaqqaf il-karnival ta’ Venezja minħabba l-coronavirus

Il-karnival popolari ta’ Venezja twaqqaf ilbieraħ minn bosta ġranet qabel u dan minħabba f’miżuri ta’ prekawzjoni li qed jittieħdu minħabba l-mod allarmanti li l-coronavirus qed jinfirex fl-Italja.

Apparti l-karnival anki attivitajiet sportivi qed jitħassru filwaqt li bosta programmi televiżivi popolari Taljani issa qed isiru kif skedat imma mingħajr udjenza fl-istudjo.

Anki l-iskejjel f’ħafna reġjuni fl-Italja qed jiġu affettwati u mhux jinfetħu.

Anki l-Milan Fashion Week kienet effettwata hekk kif Giorgio Armani ppreżenta l-kollezzjoni ġdida tiegħu minn wara bibien magħluqa.