Jitwaqqaf il-Forum Nazzjonali tat-Trejd Unjins

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca waqqfet il-Forum Nazzjonali tat-Trejd Unjins.
Dan il-Forum twaqqaf bi sħab bejn il-Presidenza u ċ-Ċentru għall-Istudju tax-Xogħol fi ħdan l-Università ta’ Malta.
Il-President Coleiro Preca spjegat kif il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-qgħad, ix-xogħol prekarju, it-taħriġ u t-tisħiħ fil-professjonalità tal-ħaddiema u l-iżvilupp tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol huma fost l-oqsma fejn it-trejd unjins għandhom interess komuni.
Qalet li fost l-ewwel ħidmiet ta’ dan il-Forum hemm stħarriġ xjentifiku tal-opinjoni pubblika dwar it-trejd unjins, seminars edukattivi u kampanja ta’ tagħrif dwar is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Il-President Coleiro Preca qalet li l-ħsieb li jitwaqqaf il-Forum bi struttura flessibbli u informali waslet wara laqgħa li saret mal-unjins, fl-1 ta’ Mejju li għadda fil-Palazz ta’ San Anton.
Il-unjins iffirmaw it-Termini ta’ Referenza tal-Forum Nazzjonali tat-Trejd Unjins kif maqbula mal-unjins stess matul dawn l-aħħar ġimgħat. 

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott