Aġġornata: Jingħataw €10,000 b’mod anonimu fil-fond għall-informazzjoni dwar id-delitt

€10,000 ġew trasferiti b'mod anonimu fil-fond li David Thake waqqaf sabiex jinġabru €1 miljun għal min jista’ jgħaddi informazzjoni utli dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Thake ikkonferma dan meta kiteb fuq Facebook li rċieva din is-somma fil-fond pubbiku.

Il-flus se jmorru għand il-persuna jew persuni li bl-informazzjoni tiegħu l-awtorutajiet jaslu biex iressqu n-nies li assassinaw lill-ġurnalista.
Jekk dal-fond ma jmur għand ħadd, Thake kiteb li l-flus imorru kollha għand Dar Merħba Bik, li Caruana Galizia kienet għażlet li tieħu l-flus fl-aħħar inizjattiva ta’ fond pubbliku li kienet saret.
Fil-passat, Thake kien organizza fond pubbliku biex jgħin lill-ġurnalista f’wieħed mil-libelli li kellha.
Sadanittant, il-Prim Ministru, Joseph Muscat, f’isem l-istat qed joffri wkoll €1 miljun lil min jista’ jressaq quddiem l-awtoritajiet ħjiliet importanti.
Din hija l-ħolqa tal-fond pubbliku onlajn: https://www.generosity.com/fundraising/reward-fund-for-info-about-daphne-s-assassination/