Jitwalu l-ħinijiet taċ-Ċentri tas-Saħħa

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Assoċċjazzjoni Medika Maltija laħqu ftehim li se jwassal għall-ħinijiet itwal tal-ftuħ taċ-ċentri tas-saħħa.

Dan il-ftehim se je jirrevedi wkoll s-salarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-tobba.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Joe Cassar qal li kien hemm bżonn li jikbru s-servizzi fil-kura primarja minħabba l-mard prevalent, l-età u l-istil tal-ħajja tal-popolazzjoni.

Dan il-ftehim kien meħtieġ wara l-ftehim li kien sar ħames snin ilu.