Aġġornata (1): Ġrieħi gravi għal żagħżugħ li waqa’ tliet sulari f’għalqa

Franċiż qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa' madwar tliet sulari f'għalqa f'San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5am, xħin il-Pulizija kienet infurmata li xi ħadd kien qed jgħajjat għall-għajnuna f'għalqa fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Iż-żagħżugħ, li għandu 20 sena, ittella' mill-għalqa minn Membri tal-Protezzjoni Ċivili
Ritratt: Arkivji