Jittieħed l-isptar wara li waqa’ mill-mutur fin-Naxxar

Ambulance

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei aktar kmieni waranofsinhar.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Vjal il-Labour fin-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur li huwa Spanjol ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra minn ġrieħi ħfif.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident minħabba li ma kellu l-ebda impatt ma’ vettura oħra.