Aġġornata: Iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Raġel ta’ 61 sena mis-Swieqi weġġa’ gravi meta waqa’ xi ġebel fuqu f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.20 pm fi Triq Wied l-Imsida. Ir-raġel kien qed jaħdem fis-sit tal-kostruzzjoni meta waqa’ ġebel fuqu.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei.