Jeħlisha ħafif wara li ħabat f’barrikati fil-Marsa

Aġġornat 11:07 AM
Malta Police Force

Read in English.

Raġel indarab ħafif wara li ħabat f’barrikati fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Aldo Moro, fis-5.45am.

Jidher li r-raġel, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat f’barrikati. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.