Aġġornata: Jittieħed l-isptar wara li ħabat bil-mutur

Sewwieq ta’ mutur ġarrab ġrieħi ħfief wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi.
Kien għal ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu meta seħħet il-ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Sant’Andrija, ħdejn il-grawnd tal-Luxol.
Is-sewwieq tal-mutur, li huwa Taljan u għandu 23 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Fuq il-mutur kien hemm tfajla Taljana li ġarrbet ukoll ġrieħi ħfief. 
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena minn Pembroke.