Jittieħdu passi kontra x-xufier tal-vann tal-iskola

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li diġà ttieħdu passi kontra x-xufier tal-vann tal-iskola li allegatament kellu mġiba kundannabbli fil-konfront tat-tfal tal-iskola.

Għat-tweġibiet ta' Newsbook.com.mt, il-Ministeru qal li l-każ ġie riferut għall-investigazzjoni u li jekk jirriżulta li kien hemm xi mġiba mhux korretta kif allegat, jittieħdu passi dixxipplinarji fil-konfront tax-xufier. 

Il-Kelliem tal-Ministeru tal-Edukazzjoni żied jgħid li kull rapport ta' mġiba skorretta tittieħed bis-serjetà u tiġi investigata minnufih.

Min jixtieq jagħmel rapport jista' jagħmel dan fuq education@gov.mt.

Ilbieraħ omm ta' żewġt itfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Pembroke tkellmet ma’ Newsbook.com.mt dwar l-aġir kundannabbli tax-xufier tal-vann tal-iskola li werwer lil uliedha bis-sewqan sfrenat, dagħa, klliem oxxen u tgħajjir. 

Ħalli l-kumment tiegħek hawn.