Jittellgħu l-Qorti għax sawtu raġel f’Għawdex

Żewġt irġiel Ingliżi ta’ 25 sena tressqu quddiem il-Qorti t’Għawdex akkużati li fl-14 ta’ Lulju sawtu raġel.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li waqt li l-irġiel kienu fi Triq ix-Xlendi, fil-limiti tal-Munxar, ikkaġunaw ġrieħi gravi lil raġel ieħor u fl-istess waqt telfu l-paċi pubblika.

L-akkużati wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u ngħataw il-liberta’ taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.