Jittellgħu l-poloz tas-semifinali tal-UEFA Champions League

Ftit tal-ħin ilu ttellgħu l-poloz tas-semi-finali tal-UEFA Champions League mill-eks plejer leġġendarju Ukren ta' AC Milan, Dynamo Kiev u Chelsea, Andriy Shevchenko.
Il-poloz irriżultaw hekk:

  • Bayern Munich  vs  Real Madrid
  • Liverpool  vs  Roma

L-ewwel legs huma skedati għall-24 u l-25 ta’ April filwaqt li t-tieni legs jintlagħbu propju ġimgħa wara.
Il-Finali tant mistennija hi skedata għas-6 ta’ Mejju fl-NSC Olimpiyskyi Stadium, fi Kyiv, fl-Ukrajna.
Sadanittant, aktar tard ittellgħu wkoll il-poloz tal-UEFA Europa League li rriżultaw hekk:

  • Marseille  vs  Salzburg
  • Arsenal   vs  Atletico Madrid

L-ewwel legs huma skedati għas-26 ta’ April filwaqt li t-tieni legs jintlagħbu fit-3 ta' Mejju.