Iċ-Champions tal-BOV GFA Victoria Hotspurs se jibdew jiddefendu t-titlu tagħhom kontra Nadur Youngsters. Dan ħareġ mill-poloz tal-kampjonati BOV GFA Leagues u l-BOV GFA Cup 2018-2019
Il-President tal-Gozo Football Association Samuel Azzopardi irringrazzja lill-Bank of Valletta għall-appoġġ kontinwu tiegħu u qal li ż-żieda fl-interess fil-futbol f’Għawdex hija katalista għall-entużjażmu tal-klabbs, il-plejers u l-kumitati.
Tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv għal Għawdex tal-Bank of Valletta Horace Laudi li qal li fl-aħħar staġuni il-livell tal-futbol f’Għawdex ra titjib konsiderevoli.