Jittellgħu l-poloz għall-Kampjonat tax-Xitwa tal-Water Polo

Il-logħbiet tal-Kampjonat tal-Water Polo tax-Xitwa tal-BOV se jibdew fis-7 April 2020 b’sitt timijiet jikkompetu fil-kampjonat BOV Premier u ħames timijiet jikkontestaw il-kampjonat tal-ewwel Diviżjoni.

L-ewwel ġurnata ta’ logħob se tara lil San Giljan jilagħbu kontra Exiles fil-kampjonat BOV Premier u Otters se jiffaċċjaw lil Birżebbuża fil-kampjonat tal-ewwel Diviżjoni.

Il-poloz ta’ dawn il-kompetizzjonijiet ittellgħu minn Joe Caruana Curran, President tal- Aquatic Sports Association of Malta u Anthony Scicluna, Kap uffiċjal fil-Bank of Valletta waqt Konferenza stampa li saret fil-kwartieri ġenerali ta’ ASA f’Tal-Qroqq.

Il-President tal-ASA qal li s-sitwazzjoni hija waħda fluwida ħafna u se tkunu qed jaġixxu skont id-Direttivi maħruġa mill-awtoritajiet relatati. Huwa wiegħed li s-saħħa tal-plejers, l-amministrazzjoni u s-sostenitur tal-logħba se jingħataw l-ogħla prijorità.

Tista’ tara d-dettalji għal kull logħba minn hawn.