Jittella’ raġel minn bajja taħt Tignè; imut ftit wara

Raġel tilef ħajtu wara li ttella’ minn bajja taħt Tignè f’Tas-Sliema, għall-ħabta tat-3pm.

Skont l-istqarrija tal-Pulizija, Eritrean ta’ 42 sena kien mitluf minn sensieh fil-baħar, u ttella’ l-art minn xi nies li kien hemm fuq il-bajja. Fuq il-post marru l-Pulizija, kif ukoll issejħet ambulanza li ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei, fejn wara ġie iċċertifikat li tilef ħajtu.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.