Jittella’ raġel f’diffikultà fil-baħar qrib il-Qanpiena tal-Port il-Kbir

Franċiż ta' 42 sena li joqgħod Buġibba ttella’ mill-baħar qrib il-Qanpiena tal-Port il-Kbir, wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar.
Sorsi fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li r-raġel ittella’ mill-baħar b’dingi mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili, imbagħad membri mill-Forzi Armati ta’ Malta mexxewh sal-art.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li r-raġel kellu ġrieħi ħfief.