Jittella’ mitluf minn sensih mill-baħar fil-Qawra

Raġel ta’ 60 sena mill-Bożnija-Ħerzegovina, residenti San Pawl il-Baħar ittella’ mill-baħar mitluf minn sensih fiż-żona ta’ Fra Ben, il-Qawra. Huwa jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-raġel ittella’ l-art minn żewġ persuni li kienu fuq il-blat fil-viċin u minnufih ingħata
għajnuna minn tim mediku, sakemm waslet l-ambulanza fuq il-post.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15pm, meta l-Pulizija ġiet
imsejħa fuq il-post.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.