Jittella’ mill-baħar wara li ħasbu li sab ruħu f’diffikultà

Raġel ittella’ mill-baħar fil-Mellieħa wara li ħasbu li sab ruħu f’diffikultà.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li n-nies ħasbu li r-raġel ġralu xi ħaġa u sejħu għall-għajnuna.
Fuq il-post issejħu l-Forzi Armati ta’ Malta, il-Protezzjoni Ċivili u membri tas-Salib l-Aħmar.
Ir-raġel ma sofra ebda ġrieħi.