Jittella’ mill-baħar denb l-ajruplan tal-AirAsia

L-awtoritajiet Indoneżjani tellgħu mill-qiegħ tal-baħar id-denb tal-ajruplan tal-AirAsia li kien iġġarraf ġimgħatejn ilu.
L-għaddasa qed ifittxu wkoll għal kaxxa s-sewda li huwa maħsub li nqalgħet minn mad-denb tal-ajruplan.
It-titjira QZ8501 għebet minn fuq ir-radar f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp nhar it-28 ta’ Diċembru b’162 persuna abbord.
L-ajruplan kien qed itir mill-Indoneżja għal Singapore. Sa issa ittellgħu mill-baħar 48 kadavaru.