Filmat: Mara minn Ħad-Dingli ppremjata għall-volontarjat

​Mary Azzopardi ta' 67 sena minn Ħad-Dingli ġiet ppremjata l-Premju Anzjanità Attiva 2014 f'Għawdex.
Mary hi attiva f'diversi attivitajiet ta' volontarjat, kemm f'Ħad-Dingli kif ukoll ma' Dar Merħba Bik immexxija mis-sorijiet tal-Bon Pastur. Għamlet ukoll xogħol tal-missjoni fil-Pakistan.
Qabel irtirat hija kienet taħdem bħala infermiera filwaqt li rabbiet tliet ulied, wara li romlot ta' 36 sena. Hija nanna ta' tnejn.
Il-Premju Anzjanità Attiva, organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva sar taħt il-Patroċinju tal-President Marie Louise Coleiro Preca.
Justyne Caruana qalet li din is-sena l-premju ngħata bixra ġdida fil-kuntest tal-Politika Strateġika Nazzjonali tal-Anzjanità Attiva.
Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-Premju Anzjanità Attiva huwa premju li qed jirrikonoxxi mhux biss id-dritt li l-anzjan għandu valur soċjo-ekonomiku għall-pajjiż, imma qed jagħraf li l-anzjan għandu d-dritt li jgħix il-ħajja.