Aġġornata: Jittellgħu żewġ katavri mill-baħar f’Birżebbuġa u Ħad-Dingli

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6.15, ittella' katavru ta' raġel mill-baħar fl-inħawi ta' Birżebbuġa.
Mill-istħarriġ preliminari jirriżulta li ma kienx hemm xi sinjali ta' vjolenza fuq ir-raġel iżda mhux eskluż li seta' sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jgħum.
Ir-raġel huwa Malti,għandu fuq il-ħamsin sena u residenti Birżebbuġa stess.
F'każ separat, għaddas irrapporta li sab katavru ta' raġel fil-baħar 'il barra mill-irdumijiet ta' Ħad-Dingli. 
Issejħet għall-assistenza tal-Forzi Armati ta' Malta li waslu permezz ta' patrol boat
Il-Pulizija qed tinvestiga dawn il-każi. 
Fil-jiem li ġejjin se ssir l-awtopsja fuq il-katavri li għandha tiddetermina l-kawża tal-mewt.